It-Tour Privat tat-Tliet Ibliet u l-Kavallieri
Jekk hemm waħda fost is-setgħat li ħakmet lil Malta li ħalliet wirt li għad idum is-sekli, din hija l-Ordni qalbiena ta’ San Ġwann. Fis-16-il seklu ġabet l-fama u l-ġid f’Malta, wara wieħed mill-eħrex konflitti fl-istorja – l-Assedju l-Kbir tal-1565.
Dwar l-istorja tal-Kavallieri ta’ San Ġwann tista’ faċilment issir sensiela ta’ għaxar films mill-kbar nett ta’ Hollywood. Minn żmien żemżem, dawk li jħobbu l-istejjer jinħallu wara l-r-rakkonti ta’ galanterija, qlubija, sagrifiċċju u meta ċ-ċkejken joħroġ rebbieħ. L-istorja tal-Kavallieri ta’ Ġerusalemm u ta’ Rodi u ta’ Malta għandha dawn l-elementi kollha, imma għall-kuntrarju tal-ħrejjef tal-films, hija mibnija fuq fatti storiċi li seħħew tassew. Dan it-tour, immexxi minn gwida espert, jippermettilkom li tiskopruhom. Issiru tafu dan kollu eżattament f’dawk il-postijiet fejn il-Kavallieri laħqu l-quċċata tal-fama tagħhom.
Interested?
This post is also available in: English (English)