Tours Privati

Tours Privati

Ilna norganizzaw tours f’Malta għal ħafna snin u permezz ta’ din l-esperjenza sirna nafu il-vjaġġatur sofistikat x’ikun qed ifittex: li jkollu esperjenza tal-kutura bil-ħafna aspetti tagħha minn kif jaraha il-popu tal-post. Eżattamemt minħabba din ir-raġuni, qegħdin noffru sit tours privati speċjalizzati fi gruppi intimi ta’ bejn 2 -8 persuni. Is-sitt tours huma dawn:

– Tour Privat tat-Tliet Ibliet u l-Kavallieri

– Il-Belt Valletta tul iż-Żminijiet Tour Privat

– It-Tour Privat tal-Imdina u Tnaqqir ta’ Ikel Malti

– L-Esperjenza tal-Passiġġata Moħbija Mal-Kosta Tour Privat

– Ir-Rabat u l-Esperjenza Ikonika tal-Ġebla Tour Privat

– L-Esperjenza ta’ Ghar Lapsi and u l-Qtates Maltin Tour Privat

– Is-Seħer Moħbi ta’ Għawdex Tour Privat

Dawn it-tours privati huma addattati ħafna għal dawk il-vjaġġaturi li jixtiequ jitbiegħdu mill-mogħdijiet li jgħaddi minnhom kulħadd u, minflok, iterrqu minn fejn jistgħu jifhmu il-gżejjer Maltin billi jħarsu lejkom minn għajnejn il-Maltin. Dawn it-tours jippermettulek li tifhem il-bażi tal-ħajja Maltija tal-lum billi teżamina l-istorja.

Tqatta’ kemm tqatta’ żmien f’Malta, dejjem se ssib affarijiet li jqanqlulek interess. Bilkemm temmen kif pajjiż daqshekk żgħir huwa miżgħud b’tant faxxinu u misteru. Kemm jekk qiegħed Malta l-ewwel darba u tixtieq tiskopri dawn il-gżejjer minn perspettiva iktar personali u lokali, u kemm jekk ilek Malta imma tixtieq tidħol aktar fil-fond, tour privat ma’ gwida ta’ esperjenza huwa dak li teħtieġ biex issir taf mill-qrib dawn l-għeġubjiet. Billi tkun fi grupp żgħir, tiffranka l-konfużjoni u l-ħela ta’ ħin ta’ tour bi grupp kbir u jkollok esperjenza informattiva u mingħajr stress ma’ gwida Malti li huwa espert kbir tax-xena Maltija u jsegwiha b’passjoni liema bħalha.

Jekk l-ebda wieħed minn dawn is-seba’ tours ma huwa eżatt dak li qed tfittex waqt iż-żjara tiegħek f’Malta, tista’ tikuntattjana u jkun pjaċir tagħna li nfasslulek tour li jkun eżatt kif jixtiequ l-grupp tiegħek. Għalina huwa ta’ sodisfazzjon ngħinuk issib it-taħlita perfetta ta’ elemnti li minħabba fihom, iż-żjara tagħhom f’Malta tkun waħda li ma jinsewhiex. It-tour jitfassal skont l-interessi u x-xewqat tal-grupp tiegħek kemm jekk huma l-kċina Maltija, l-arkitettura, il-festi, l-arkeoloġija, xi interess storiku partikolari jew kwalunkwe ħaġa oħra li għandha mnejn tiġbdek lejn Malta.

Our Tours

Click on the images below for more information about each one.

It-Tour Privat tat-Tliet Ibliet u l-Kavallieri

21

Jekk hemm waħda fost is-setgħat li ħakmet lil Malta li ħalliet wirt li għad idum is-sekli, din hija l-Ordni qalbiena ta’ San Ġwann. Fis-16-il seklu ġabet l-fama u l-ġid f’Malta, wara wieħed mill-eħrex konflitti fl-istorja – l-Assedju l-Kbir tal-1565.

Il-Belt Valletta tul iż-Żminijiet Tour Privat

23

Il-Belt Valletta, hija waħda mill-ibliet kapitali Ewropej li forsi mhix apprezzata biżżejjed u li, sa ftit ilu, ftit li xejn kienet magħrufa . Fil-fatt hija ħaġra prezzjuża dehbiena. Veru li żgħira, imma x’rikkezza storika għandha u kemm stejjer li jsaħħruk għandha x’tirrakkonta. Il bini ta’ dan il-belt stupenda beda fl-1565, eżatt wara l-Assedju l-Kbir. Il-viżjoni kienet ta’ belt fortizza li b’xejn ma tinterbaħ, anke jekk kellu jkun hemm invażjoni Ottomama oħra – li fil-fatt qatt ma seħħet.

L-Esperjenza ta’ Għar Lapsi u l-Qtates ta’ Malta Tour Privat

Ghar Lapsi is my home

Bla dubju, wieħed mill-aqwa sigrieti li l-Maltin iħobbu jostru, hija dik id-daħla kwieta u pittoreska magħrufa lokalment bħala Għar Lapsi. Dan l-irħajjel ħelu huwa maħbub ħafna mal-Maltin u popolari fix-xhur tas-sajf , imma t-turisti ftit li xejn jersqu ‘l hemm, u bil-kemm jisimgħu bih. Il-Maltin hekk iridu: iqisuh bħala roqgħa mill-Ġenna li hija tagħhom biss.

l-Esperjenza tal-Passiġġata Sigrieta Tul Il-Kosta Tour Privat

home3

Malta hija mbierka b’rikkezza ta’ xenarju tul il-kosta li bis-saħħa tagħha passiġġata ssir esperjenza mill-aktar pjaċevoli. Se noħdukom passiġġata mal-kosta li ftit jafu biha; tibda mill-Ġnejna fil-Majjistral tal-gżira.

It-Tour Privat tal-Imdina u t-Tnaqqir tal-Ikel Malti

Hobza Maltija

Malta saret nazzjon żgħir kożmopolita li jista’ jiftaħar li jagħtik iċ-ċans li tiekol ikel minn madwar id-dinja kollha. Filwaqt li din hija ħaġa tajba, minħabba f’hekk jaf ikun diffiċli li wieħed isir jaf liema huma l-ispeċjalitajiet awtentiċi tal-kċina Maltija, dawk li l-Maltin trabbew bihom u li jikluhom illum fil-kommunitajiet tagħhom.

Ir-Rabat u l-Esperjenza Ikonika tal-Ġebla Tour Privat

A street in Rabat Town Core

Ħafna semgħu bl-Imdina, il-belt kapitali antika u majestuża, imma mhux ħafna huma dawk li jafu lir-Rabat is-subborg li huwa affaxxinanti daqs l-Imdina. Fi żmien ir-Rumani, il-belt tal-Imdina kienet tokkupa l-parti l-kbira tal-inħawi li llum huma magħrufa bħala r-Rabat. Imma llum ir-Rabat sar importanti fih innifsu. Kemm bħala arkitettura u kemm bħala storja, ir-Rabat għandu ħafna x’joffri għax fih nistgġu naraw l-iktar arkitettura attraenti mibnija bil-ġebla tal-ġir tul diversi sekli.

Is-Seħer Moħbi ta’ Għawdex Tour Privat
Żjara f’Malta żgur ma tkunx kompluta jekk ma tinkludix il-gżira msaħħra ta’ Għawdew – dik li ż-żmien ma jgħaddix minn fuqha. Din il-gżira tnixxi l-karattru Mediterraneju pur. Hekk kif jinżlu minn fuq il-vapur, kemm it-turisti u kemm il-Maltin jintebħu li l-ħajja f’Għawdex hija iktar kajmana. Donnu l-istess art qed tgħid: tant rajt ħwejjeġ jiġu u jmorru tul l-eluf ta’ snin li ili hawn li m’hemmx għalfejn ninkwetaw jew inħallu l-istress jaħkimna. Diffiċli temmen li Għawdex għandu rikkezza tant kbira ta’ lokalitajiet x’tara, meta tqis id-daqs żgħir tiegħu. Knejjes grandjużi kull waħda daqs kattidral – li jidhru barra minn lokhom għax iħarsu mill-għoli lejn rħula rustiċi żgħar – xenarji drammatiċi ta’rdumijiet, widien mill-isbaħ, xtajtiet li jħajruk , daħliet blatin u nies dħulin: Għawdex issib minn kollox.
It-tour privat tiegħek jista’ jkollu massimu ta’ tmien persuni u jippermettilek iżżur uħud mill- lokalitajiet li ma tistax ma tarax, bħalma hija ċ-Ċitadella imponenti. Tistħajjilha kastell minn dinja ta’ fantasija, l-iktar waqt inżul ix-xemx meta s-swar qishom jiddawlu b’nar tad-deheb. Imma mhux dan biss; noħduk fuq vjaġġ mhux tas-soltu sakemm inti jirnexxilek tħoss tassew lil Għawdex kif inhu. Inżuru l-Għar ta’ Calypso li jingħad li hija l-grotta msemmija minn Omeru fl-Odissea. F’din il-poeżija in-ninfa sbejħa Clypso iżżomm lil Odissew ħabsi tal-imħabba għal seba’ snin. Naraw salini antiki eżatt mat-tarf tal-ilma, bil-kuntrast brillanti ta’ kulurhom dehbi mal-ikħal tal-baħar. L-esperjenza tinkludi wkoll l-irdumijiet straordinarji ta’ Għawdex.

This post is also available in: English (English)