Kaċċa għat-teżor fi bliet u rħula differenti

Kaċċa għat-teżor fi bliet u rħula differenti

Il-kaċċa għat-teżor hija attività mill-aqwa għat-team building; dawk li jieħdu sehem fiha jidħlu fiha b’ruħhom u ġisimhom. Malta hija post eċċellenti għal attività bħal din.
Hemm varjeta’ ta’ loklitajiet – u mhux imbiegħda minn xulxin – kollha kemm huma konnessi mill-qrib mal-istorja, addattati ħafna għal din l-attività . Ma tantx se ssib aħjar minnhom għal attivitajiet għal kumpanija jew għal team building.

Noffru firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ kaċċa għat-teżor li jgħoddu għal etajiet differenti u l-ħtiġijiet ta’ gruppi partikolari. Il-grupp tiegħek se jiskopri aspetti ta’ Malta li ma kienx jaf bihom; noffrulhom sfida iebsa li se tagħtihom esperjenza rikka, kompetittiva u divertenti se jibqgħu jiftakruha għal żmien twil, billi nagħmlu użu bl-aspetti uniċi, il-ġografija u l-istorja intriganti ta’ lokalitajiet varji madwar Malta.

Organizzajna diversi attivitajiet ta’ kaċċa għat-teżor f’lokalitajiet mill-aktar interessanti f’dawn il-gżejjer, imma nistgħu nadattawhom għal irħula u lokalitajiet f’Malta skont il-ħtiġijiet tagħkom. L-eċċitament tal-kaċċa m’hawnx bħalu. Il-parteċipanti jikkompetu f’timijiet kontra xulxin f’attivita li tirrikjedi strateġija, konoxxenzi u veloċità. Noffru kaċċa għat-teżor kemm bil-mixi u kemm bil-karozzi f’Malta u Għawdex. It-tnejn li huma joffri sfidi diretti differenti ħalli l-grupp tagħkom ikollu fiex jogħxa.

It-timijiet fil-kaċċa għat-teżor bil-mixi jingħataw ħjilijiet li jwassluhom minn naħa għal oħra waqt li jiġbru informazzjoni u punti sakemm jaslu sad-destinazzjoni finali li toffri l-akbar għadd ta’ punti. Imma din mhix garanzija ta’ rebħa għax matul il-kompetizzjoni jistgħu jinħabru punti u punti ta’ bonus. Aħna ċerti li jekk il-grupp jew il-komunità ikunu ħadu sehem f’attività minn dawn, terġgħu tiġu għandna drabi oħra.

Dawk li qatt ħadu sehem f’kaċċa għat-teżor bil-karozzi għandhom assolutament jippruvawha. Hemm elementi li f’kaċċa għat-teżor bil-mixi ma ssibhomx, għax trid tkopri firxa ta’ art ikbar u dawk li jieħdu sehem iridu juru x’jafu f’dawk li huma l-istorja, ġografija u kultura ta’ Malta u Għawdex. Dawn l-attivitajiet ta’ kaċċa għat-teżor huma ideali bħala logħob li jsaħħaħ it-teamwork għax iħajru lill-parteċipanti jaħdmu stratetiġakment flimkien bl-għan li jirbħu.

Our Games

Kaċċa għat-Teżor bil-karozzi fiċ-ċentru ta’ Malta

Central Malta Car Treasure

In-Naħa tan-Nofs ta’ Malta hija taħlita tan-Naħa t-Isfel u n-Naħa ta’ Fuq. Filwaqt li n-Nofsinhar huwa iktar wati u jgħodd fih lil-bliet u l-irħula l-aktar qodma, in-Naħa ta’ Fuq hija aktar riċenti bl-art ta’ sikwit bit-tlugħ u l-inżul u spazji miftuħa, Iċ-ċentru huwa taħlita ta’ dawn l-għamliet kollha.

Din il-kaċċa għat-teżor taqsam lil Għawdex mit-tul u mill-wisa’, u, tista’ tgħid, tgħaddi minn kull rokna tiegħu, ibda mill-belt brillanti u glorjuża tar-Rabat u ċ-ċittadella tagħha, -irdumijiet maestużi , il-lokalitajiet fejn saru films magħrufa, daħliet fil-baħar, monumenti storiċi, u mkejjen imwarrba li l-biċċa l-kbira tal-Maltin qatt ma jaraw meta jżuru lil Għawdex.

Kaċċa għat-Teżor bil-karozzi Għawdex

25

Kaċċa Għat-Teżor fit-Tramuntana ta’ Malta

North of Malta Car Treasure Hunt

Mela, ejjew skopru dawn l-inħawi permezz ta-kaċċa għat-Teżor u taraw it-Tramuntana minn angolu differenti, filwaqt li tkunu qegħdin tieħdu pjaċi sfrenat ma’ sħabkom il-ħin kollu.

Għal ħafna Maltin in-naħa t’Isfel hija darhom. Imma kemm tafu tassew dwar in-naħa t’Isfel? Għaliex ma turux lil kulħadd x’issarrfu tassew u tieħdu rikba eċċitanti permezz tal-Kaċċa għat-Teżor tan-Nofsinhar?

 

Kaċċa Għat-Teżor fin-Nofsinhar ta’ Malta

South of Malta Car Treasure Hunt

Kaċċa Għat-Teżor fil-Punent ta’ Malta

West of Malta Car Treasure Hunt

Il-Punent ta’ Malta mimli sa ruħ ommu b’xenarju li jgħaġġbek u storja ta’ sekli sħaħ. Hawn fejn issib l-Irdumijiet ta’ Ħad-Dingli, il-belt kapitali l-qadima ta’ Malta u xtajtiet mill-isbaħ. Dawn kollha se tiltaqa’ magħhom fil-Kaċċa għat-Teżor tal-Punent ta’ Malta.

Jekk il-programmi ta’ Kaċċa għat-Teżor tagħna mhumiex dawk li l-grupp jew organizajjoni tagħkom kellu f’moħħu, nistgħu nfasslu wieħed skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħkom. Forsi tridu li l-Kaċċa għat-Teżor tagħkom issir f’lokalità partikulari jew inkella li tkun ibbażata fuq tema li tagħżlu intom.

Kaċċa għat-Teżor Mfassla Għalik

Tailor Made Treasure Hunts

Kaċċa għat-Teżor bil-mixi fl-Imdina

Mdina Treasure Hunt

L-Imdina hija ġawhra taż-żminijiet Medjevali, imżejna b’ħafna sbuħija arkitettonika u storja twila, tistrieħ fl-għoli tħares lejn iċ-ċentru ta’ Malta kif ilhas tagħmel sekli sħaħ. Jista’ jkun hawn lokalità iktar ideali għal kaċċa għat-teżor f’Malta?

Vittoriosa (Birgu) hija lokalità oħra li kważi titlob b’leħen awtorevoli li norganizzaw fiha Kaċċa għat-Teżor. U proprju dik li se nagħtukom – u waħda speċjali wkoll. Hemm ħafna x’tiskopri f’din il-belt straordinarja; x’hemm aħjar minn kompetizzjoni bħalma hija kaċċa għat-teżor biex issr taf x’għandha x’toffri.

Il-Kaċċa Għat-Teżor bil-mixi fil-Vittoriosa (Birgu)

Vittoriosa Treasure Hunt

Kaċċa għat-Teżor bil-mixi fil-Belt Valletta

Tailor-made Treasure Hunt

Il-Belt Valletta , il-kapitali ta’ Malta, hija waħda mill-iprem bliet Rinaxximentali fid-dinja; imma kemm tafu fuqha? Għaliex ma tgħaqqdux xi gruppi u toħduha ma’ gruppi oħra u tara kif tmorru?

This post is also available in: English (English)

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close