Il-Qbiż tal-Ħabel

Il-Qbiż tal-Ħabel

Dwar Il-Qbiż tal-Ħabel

Il-Qbiz tal-Ħabel (skipping rope)f’xi forma jew oħra ilu magħna minn żmien żemżem u ħadd ma jaf fejn jew meta tnissel; imma nafu li l-Feniċi u l-Eġizzjani kienu jaqbżu l-ħabel. Fl-Ewropa din l-attività saret popolari fost l-Olandiżi, li fis-sittax-il seklu ħaduha magħhom l-Amerika. L-Ewropej kien ilhom jaqbżu l-ħabel sekli, imma l-Ingliżi ma kinux dilettanti wisq, u aktarx li ma kinux huma li daħħlu din l-attività f’Malta fejn damet popolari għal snin twal.

Kif isir Il-Qbiż tal-Ħabel

Hemm diversi modi kif din l-attività kienet issir. Kien jintuża ħabel twil bi tnejn min-nies, xi tnax-il pied imbegħdin minn xulxin, iżommu tarf kull wieħed. Dawn it-tnejn min-nies kienu jdawru l-ħabel b’mod li dan jifforma ark u jaqbdu ritmu. Waqt li diversi għanjiet kienu jitkantaw, il-parteċipanti kienu jaqbżu l-ħabel flimkien meta l-ħabel kien ikun fil-baxx jew imiss mal-art. Jekk ma taqbiżx fil-waqt preċiż, kont itellef ir-ritmu tat-tidwir tal-ħabel u jeliminawk mil-logħba. Dan kin ikompli sakemm ikunu eliminati l-kompetituri kollha barra waħda, li, kienet tkun ir-rebbieħa.

Interessat?

This post is also available in: English (English)

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close