Il-Loghba tal-Maktur (Lions & Tigers)
Dwar Il-Loghba tal-Maktur (Lions & Tigers)
Il-Logħba tal-Maktur tixbah ħafna lill-Ballun Stop f’dawk li huma livelli ta’ enerġija u eċċitament. Dil-il-logħba jilagħbuha żewġ timijiet li jissieltu bejniethom biex jiksbu maktur.
Kif Tilgħab Il-Loghba tal-Maktur (Lions & Tigers)
Ir-regoli tal-logħba huma sempliċi. Kull membru taż-żewġ timijiet jingħata numru (pereżempju, jekk ikun hemm tmienja min-nies f’kull tim, Tim Nru 1 ikollu parteċipanti bin-numri minn 1-8. Tim Nru 2 l-istess). Parteċipant newtrali joqgħod fin-nofs iżomm maktur u jgħajjat numru bl-addoċċ. Iż-żewġ parteċipanti mit-timijiet b’dak in-numru joħorġu bil-ħeffa, jippruvaw jieħdu l-maktur u jiġru lejn il-linja tat-tim tagħhom qabel mal-avversarju tagħhom jilħaq imisshom. It-tim li jakkwista l-aktar imkatar joħroġ rebbieħ. Il-livell ta’ diffikulta’ u l-eċċitament jiżdiedu jekk ikun hemm aktar minn parteċipant wieħed f’kull tim bl-istess numru, għax ikun hemm erba’ parteċipanti jikkompetu għall-maktur.
Interested?
This post is also available in: English (English)