Il-logħba tal-Boċċi
Dwar Il-Logħba tal-Boċċi
Forsi l-iktar logħba antika li jilagħbu l-Maltin hija l-boċċi. Fi żmien il-Kavalieri ta’ San Ġwann, logħba jisimha ‘’Maglio’’ kient tintlagħab Malta u kienet tixbah ħafna l-logħba li kien li kellha tkun magħrufa bħala Boċċi. Hemm ħafna provi li l-Boċċi ilha tintlagħab f’Malta. Wahħa minn dawn il-provi hija l-fatt li l-Ingliżi riedu jdaħħlu f’Malta l-logħba li kienu akkaniti fuqha jisimha Bowls, li tixbah lill-Boċċi (għalkemm l-art li tintalgħab fuqha differenti hafna min dik tal-Boċċi) imma ma rnexxilhomx għax il-Boċċi kienet qabdet sew f’Malta.
Kif Tilgħab il-Logħba tal-Boċċi
Il-Logħba tal-Boċċi tintlagħab fuq wiċċ ċatt miksi bir-ramel u kull tim ikollu tliet players. Il-boċċa msejħa l-likk hija bejn wieħed u ieħor daqs boċċa tal-ħġieġ li jiagħbu biha t-tfal. Il-boċċi l-oħra qishom boċċi tal-isnooker. Wieħed mit-timijiet jilgħab bil-boċċi l-ħomor, l-ieħor bil-blu. It-tir tal-logħba huwa li tqarreb kemm tista’ l-boċċi tat-tim tiegħek lejn il-likk. Ir-regoli għandhom ħabta jinbidlu minn klabb għall-ieħor.
Interessat?
This post is also available in: English (English)