Iċ-Ċirku
Ic-Cirku
Waħda mil-logħbiet li ma tantx tara bħalha hija ċ-Ċirku. Anke jekk qatt ma rajt lil ħadd jilgħab din il-logħba fir-realtà, jaf rajtha f’xi film antik li, permezz tagħha kien jipprova joħloq l-ambjent tal-inħawi ċentrali tal-Mediterran qabel is-snin sittin. Fil-fatt hija marbuta mill-qrib ma’ din in-naħa tad-dinja.
Kif Tilgħab iċ-Ċirku
Kont teħtieġ il-ħila li tikkontrolla rota antika dejqa, parti minn bicycle,f’xi triq dejqa permezz ta’ bastun b’biċċa wire irqiq imwaħħal miegħu. It-tfal fl-irħula ż-żgħar f’Malta kienu jtellqu dawn iċ-ċrieki b’ħeffa kbira f’toroq u sqaqien kemxejn għan-niżla, u l-pika kienet tkun ħarxa.
Interessat?
This post is also available in: English (English)