Ħarba
Harba Photo
Dwar Ħarba
Logħba mhix tas-soltu, imma li tagħti gost immens liż-żgħar u lil dawk li ma jixjieħu qatt. Hija logħba minn dawk li wieħed jigri wara l-oħrajn u jipprova jmisshom, imma b’differenza.
Kif Tilgħab Ħarba
Il-logħba tibda billi parteċpiant jiġri wara l-oħrajn sakemm jaqbad wieħed minnhom. Imbagħad, it-tnejn li huma jaqbdu id f’id sakemm jaqbdu parteċipant ieħor, u t-tlieta li huma jaqdbu jdejn xulxin f’katina u jiġru wara l-parteċipanti li jkun baqa’ sakemm jinqabdu kollha. Ir-rebbieħ ikun dak li li jinqabad l-aħħar.
Din hija attività ideali għal team building li terġa tieħdok lura lejn tfulitek. Kollha kemm aħna jkollna bżonn li għal ftit ħin nerġgħu nsiru tfal, hux tassew?
This post is also available in:
English (English)