Brilli

Dwar Brilli

Il-Brilli, li mkien fid-dinja m’hawn eżatt bħala, tintlagħab b’dawk li bl-Ingliż jgħidulhom ‘skittles’ . Il-logħba tal-Brilli ilha magħrufa sa minn qabel ma ġew il-Kavalieri ta’ San Ġwann u tixbah lit-10-pin bowling li jintlagħab taħt is-saqaf, imma tintlagħab għall-apert. Jintużaw disa’ brilli u ballun tal-injam. Ir-regoli huma kemxejn ikkumplikati.

Kif Tilgħab Il-Brilli

Il-brilli jkunu skjerati f’forma ta’ djamant-kwadru, fi tliet fillieri bi tlieta. It-tir tal-logħba huwa li twaqqa’ l-brilli u ttella’ l-punti. Biex jirbaħ, min qed jilgħab irid itella’ 24 punt eżatt. Jekk xi ħadd itella’ aktar minn hekk, ikun eliminat sal-logħba li jmiss. Hemm brilli differenti li għandhom isem u jiswew punti differenti. Tan-nofs jissejjaħ ‘is-sultan’ u jiswa 9 punti. Il-brilli tat-truf jgħidulhom ‘sekondi’ u jiswew 6 punti. Il-bqija jgħidulhom ‘qarmuċ’ u jiswew punt wieħed biss.

Kull parteċipant jilgħab darbtejn. L-ewwel darba jitfa’ l-ballun min post miftiehem minn qabel u t-tieni darba minn fejn ikun waqaf il-ballun. Biex il-logħba tkun aktar interessanti, l-ewwal tefgħa tagħti aktar punti mit-tieni waħda: ittik id-doppju tal-punti. Imma, jekk jekk iktar minn tip wieħed ta’ brilla jitwaqqa’ fl-ewwel tefgħa (is-sultan, is-sekondi u l-qarmuċ), min qed jilgħab jieħu biss 2 punti ta’ kull brilla.

Is-sempliċità ta’ din il-logħba flimkien mas-sistema ta’ punteġġ interessanti u l-ħtieġa li tuża l-istrateġija iġegħlek tilgħabha u terġa’ tilgħabha. Għaliex m’għandikx tieħu gost tilgħabha u, fl-istess ħin, tgħin biex iżżomm ħajja din it-tradizzjoni li bħalha m’hawnx? Logħba li tagħti pjaċir immens!

Interested?

This post is also available in: English (English)

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close