Kaċċa Għat-Teżor fil-Punent ta’ Malta
Il-Punent ta’ Malta mimli sa ruħ ommu b’xenarju li jgħaġġbek u storja ta’ sekli sħaħ. Hawn fejn issib l-Irdumijiet ta’ Ħad-Dingli, il-belt kapitali l-qadima ta’ Malta u xtajtiet mill-isbaħ. Dawn kollha se tiltaqa’ magħhom fil-Kaċċa għat-Teżor tal-Punent ta’ Malta. Din in-naħa ta’ Malta hija forsi r-reġjun l-iktar iżolat u l-anqas magħruf ta’ pajjiżna. Il-popolazzjoni mhix daqshekk sfiqa f’Malta m’hawn imkien li għandu dashekk spazju miftuħ. Ħuf magħna f’din in-naħa ta’ Malta u ssir taf lill-pajjiż aħjar. Ma rridux nikxfu wisq fuq x’għandna lest għalik, imma hemm inklużi diversi lokalitajiet li l-biċċa l-kbira tal-Maltin qatt ma żaru. Din il-kaċċa għat-teżor tista’ turik lil Malta kif qatt ma rajtha s’issa u twasslek biex issir taf sbuħitha.
Din il-Kaċċa għat-Teżor tal-Punent tibda mill-parkeġġ ta’ Raħal is-Snajja’ ta’ Ta’ Qali.
Interested?
This post is also available in: English (English)