Kaċċa Għat-Teżor fit-Tramuntana ta’ Malta
Forsi għalik in-naħa ta’ Fuq ta’ Malta hija x-xtajtiet pjaċevoli u l-post minn fejn bilfors trid titlaq biex tasal Għawdex, imma fil-fatt kemm tafha sew din in-naħa ta’ Malta, assoċjata mal-vaganzi? It-Tramuntana ta’ Malta mhix biss lukandi u xtajtiet. Il-Mellieħa li tinstab fil-qalba goġrafika tat-Trumantana, hija r-raħal li l-aktar jolqtok f’Malta, bil-knisja maestuża tiegħu mitluqa fuq għolja qisha tal-kotba tal-ħrejjef, tħares kburija lejn il-medda baħar ikħal skur magħruf bħala l-Bajja tal-Mellieħa. It-Tramuntana tħaddan fiha topgrafija varjata li fit li xejn issib bħalha f’Malta u toffri veduti drammatiċi li huma Meditarrenji sa għarqubhom. Imma l-faxxinu ta’ dan ir-reġjun ma jiqafx hawn: it-torrijiet li ilhom mibnija sekli sħaħ issibhom mal-kosta flimkien ma’ kappelli mistura u u lokalitajiet oħra ftit li xejn magħrufa. Huwa pjaċir kbir li tmur in-naħa ta’ Fuq ta’ Malta, u b’din il-kaċċa għat-Teżor bil-karozzi se jkollok skuża oħra biec iżżurha.
Mela, ejjew skopru dawn l-inħawi permezz ta-kaċċa għat-Teżor u taraw it-Tramuntana minn angolu differenti, filwaqt li tkunu qegħdin tieħdu pjaċi sfrenat ma’ sħabkom il-ħin kollu. Tkunu qegħdin tiġru wara l-ħjilijiet biex tispiċċaw fl-ewwel post u jkollkom is-sodisfazzjon li l-grupp tagħkom kien jaf l-iktar, imma anke jekk titilfu se tkunu qattajtu saghtejn mill-aqwa.
Din il-Kaċċa għat-Teżor tibda qudddiem il-Palazz ta’ Selmun.
Interested?
This post is also available in: English (English)