Kaċċa għat-Teżor bil-karozzi Għawdex
Lil Għawdex kulħadd iħobbu. Kif tista’ ma tħobbux? Gzira li ssaħħrek mimlija serenità, storja misterjuża, kosta mill-isbaġ, irħula rustiċi donnhom bin-ngħas u trankwillità unika għalih. Għawdex jogħġob liż-żgħażagħ u x-xjuħ, u din il-gżira hija Ġenna tal-Art għal dawk li jħobbu l-kaċċa għat-teżor, minħabba l-konfini ġografiċi u t -toroq ħiemda. Imma tintilfux fl-isfond qisu tal-istampi li għandu, għax se jkollkom il-mistoqsijiet misterjużi u l-ħaġa moħġaġa x’issolvu u l-isfidi x’taffrontaw jekk tridu tkunu t-tim rebbieħ.
Din il-kaċċa għat-teżor taqsam lil Għawdex mit-tul u mill-wisa’, u, tista’ tgħid, tgħaddi minn kull rokna tiegħu, ibda mill-belt brillanti u glorjuża tar-Rabat u ċ-ċittadella tagħha, -irdumijiet maestużi , il-lokalitajiet fejn saru films magħrufa, daħliet fil-baħar, monumenti storiċi, u mkejjen imwarrba li l-biċċa l-kbira tal-Maltin qatt ma jaraw meta jżuru lil Għawdex. Sagħtejn forsi mhumiex twal, imma dejjem tistgħu terġgħu tmorru dduru kif tispiċċa l-kaċċa għat-teżor. Mela, ejja u ssieħeb magħna għal din l-esperjeza unika.
Interested?
This post is also available in: English (English)