Kaċċa għat-Teżor bil-karozzi fiċ-ċentru ta’ Malta
In-Naħa tan-Nofs ta’ Malta hija taħlita tan-Naħa t-Isfel u n-Naħa ta’ Fuq. Filwaqt li n-Nofsinhar huwa iktar wati u jgħodd fih lil-bliet u l-irħula l-aktar qodma, in-Naħa ta’ Fuq hija aktar riċenti bl-art ta’ sikwit bit-tlugħ u l-inżul u spazji miftuħa, Iċ-ċentru huwa taħlita ta’ dawn l-għamliet kollha. Din il-kaċċa għat-teżor se tippermettilkom tesploraw xi aspetti ewlenin taċ-Ċentru ta’ Malta bħalma huma t-Tliet Irħula antiki u gustużiu l-Mosta bil-koppla tal-knisja , kif ukoll dettalji oħra lil lil dak li jkun spiss jaqbżulu imma li tant jarrikkixxu l-inħawi. Ma rridux nikxfu wisq x’hemm lest għalikom u nħassrulkom is-sorpriżi; kemm tiġu u tippruvaw. Aħna ċerti li se tiskopru lokalitakijiet li qatt ma rajtu, jew smajtu bihom.
L-isbaħ ħaġa hi li se tagħmlu dan bħala grupp u tgħinu lil xulxin tmorru tajjeb ħafna fil-kompetizzjoni u, fl-istess ħin, issiru tafu karatteristiċi ġodda ta’ dan in-naħa ta’ Malta.
Din il-Kaċċa għat-Teżor tibda fil-parkeġġ ta’ Raħal is-Snajja’ ta’ Ta’ Qali.
Interested?
This post is also available in: English (English)