Kaċċa għat-Teżor Mfassla Għalik (Marbles)
Jekk il-programmi ta’ Kaċċa għat-Teżor tagħna mhumiex dawk li l-grupp jew organizajjoni tagħkom kellu f’moħħu, nistgħu nfasslu wieħed skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħkom. Forsi tridu li l-Kaċċa għat-Teżor tagħkom issir f’lokalità partikulari jew inkella li tkun ibbażata fuq tema li tagħżlu intom.
Aħna nifhmu li kull grupp ikun qiegħed ifittex li Kaċċa għat-Teżor li tagħtih xi ħaġa unika, kemm jekk l-iskop ikun li jinbena t-tim, kemm jekk il-membri tal-grupp ikunu jixtiequ jirrilassaw jew jedukaw ruħhom u kemm jekk ikunu sempliċiment jixtiequ l-eċċitament tal-kaċċa; ikunu xi jkunu ċ-ċirkustanzi nfasslulkom kompetizzjoni li ddaħħalkom fl-ispirtu tagħha u tkun ta’ sfida, u eċċitanti, għal dawk kollha li jieħdu sehem. Inqabbdu individwi ta’ esperjenza li kapaċi joħolqu avvenimenti ta’ Kaċċa għat-Teżor professjonali, differenti u imaġinattivi li jispirawkom.
Aħna norganizzaw Kaċċa għat-Teżor għal istituzzjonijiet negattivi, kunsilli lokali, kumpaniji, għaqdiet volontarji, klabbijiet sportivi jew anke gruppi ta’ ħbieb li jkunu qegħdin ifittxu divertiment li bħalu ma ssibx. Il-lokalità tista’ tkun anke fl-istess binja tal-għaqda tagħkomjew fi kwalunkwe lokalità oħra fil-gżejjer Maltin.
Xi ngħidu fuq it-temi? Naħsbu li aħna nistgħu norganizzaw Kaċċa għat-Teżor dwar kważi kull tema li tiġikom f’raskom. Pereżempju, forsi tixtiequ tema bbażata fuq “Id-Diversifikazzjoni tal-Isport f’Malta’’ għal istituzzjoni edukattiva jew klabb sportiv, jew kaċċa għat-teżor għal dawk li qegħdin jattendu konferenza medika jew tema bbażata fuq perjodu partikolari. Jekk il-grupp tagħkom huwa magħmul minn individwi li jqisu lilhom infushom fanatiċi tal-moda, għaliex ma tippruvax tema konnessa max-shopping.
M’hemmx limitu għall-possibiltajiet. Nieħdu gost meta tisfidawna bit-talbiet tagħkom.
Interested?
This post is also available in: English (English)