Ir-Rabat u l-Esperjenza Ikonika tal-Ġebla Tour Privat

Ir-Rabat u l-Esperjenza Ikonika tal-Ġebla Tour Privat

Ħafna semgħu bl-Imdina, il-belt kapitali antika u majestuża, imma mhux ħafna huma dawk li jafu lir-Rabat is-subborg li huwa affaxxinanti daqs l-Imdina. Fi żmien ir-Rumani, il-belt tal-Imdina kienet tokkupa l-parti l-kbira tal-inħawi li llum huma magħrufa bħala r-Rabat. Imma llum ir-Rabat sar importanti fih innifsu. Kemm bħala arkitettura u kemm bħala storja, ir-Rabat għandu ħafna x’joffri għax fih nistgġu naraw l-iktar arkitettura attraenti mibnija bil-ġebla tal-ġir tul diversi sekli.

Jekk Malta għandha riżorsa prezzjuża barra l-kreattività ta’ niesha, din hija l-ġebla tal-ġir li tinstab mal-ħzejjer kollha fil-bini storiku ta’ Malta. Il-ġebla mhix iebsa u faċli li taħdimha f’disinji u
għamliet kkumplikati li tista’ gtarahom fil-gallariji, turġien u faċċatri tal-bini madwar il-ġżejjer Maltin, speċjalment ir-Rabat, li huwa l-post ideali biex taraha. F’ dan it-tour se ssir taf fuq il-kwalitajiet straordinarji ta’ din il-ġebla u t-tipi differenti taż ġebal ta’ din ix-xorta li jinstabu madwar Malta, kif ukoll dwar kif u għaliex f’Malta tintuża biex jinbnew id-djar, knejjes u palazzi.

Interested?

This post is also available in: English (English)

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close