It-Tour Privat tal-Imdina u t-Tnaqqir tal-Ikel Malti
Malta saret nazzjon żgħir kożmopolita li jista’ jiftaħar li jagħtik iċ-ċans li tiekol ikel minn madwar id-dinja kollha. Filwaqt li din hija ħaġa tajba, minħabba f’hekk jaf ikun diffiċli li wieħed isir jaf liema huma l-ispeċjalitajiet awtentiċi tal-kċina Maltija, dawk li l-Maltin trabbew bihom u li jikluhom illum fil-kommunitajiet tagħhom.
ż-żjara f’Malta jkollha xi ħaġa nieqsa jekk ma dduqx xi ftit mill-ikel delizzjuż tradizzjonali bħal pereżempju l-pastizzi (mingħand il-famuż Serkin tal-Crystaal Palace, qagħaq tal-għasel (l-eqdem u l-iktar deżerta magħrufa, u l-ħobż Malti (tassew delizzjuż u għadu ħiereġ mill-forn ta’ ħanut tradizzjonali). M’hemm imkien aħjar mill-belt antika tal-Imdina u l-madwar fejn idduq dawn, u ikel ieħor. Hawnhekk tista’ tgawdi dan l-ikel li jħajrek f’kuntest Malti mill-aktar tradizzjonali. Il-gwida jkun fejn tista’ dduq l-aqwa minn dan l-ikel: forn tal-ħobż li ħafna lanqas biss jindunaw bih u dak li aktarx hija l-iprem pastizzerija li hawn f’Malta. U, jekk dan m jkunx biżżejjed, se jkollok l-esperjenza grandjuża tal-Imdina u l-arkitettura meraviljuża tagħha.
Interested?
This post is also available in: English (English)