l-Esperjenza tal-Passiġġata Sigrieta Tul Il-Kosta Tour Privat

l-Esperjenza tal-Passiġġata Sigrieta Tul Il-Kosta Tour Privat

Malta hija mbierka b’rikkezza ta’ xenarju tul il-kosta li bis-saħħa tagħha passiġġata ssir esperjenza mill-aktar pjaċevoli. Se noħdukom passiġġata mal-kosta li ftit jafu biha; tibda mill-Ġnejna fil-Majjistral tal-gżira.

Filwaqt li hija poplari mal-Maltin li jgħixu f’dawk l-inħawi, Il-Ġnejna (waħda mit-tliet bajjiet, flimkien mal-Mixquqa u Għajn Tuffieħa, qrib xulxin f’dawk in-naħat) hija żgur l-inqas waħda frekwentata mit-Turisti. Se nimirħu tul il-kosta bil-baħar turkin ma’ naħa waħda u l-blajjet ġganteski ma’ naħa oħra sakemm naslu f’daħliet żgħar blatin. Tul it-triq taraw il-fjuri u l-ħxejjex tipikament Mediterranji bil-fwejjaħ uniċi tagħhom. Bis-saħħa ta’ din l-esperjenza tibqgħu tiftakru ż-żmien li qattajtu Malta għal ħafna snin.

 

Tal-istagħġib li, anke hawn, f’din il-parti iżolata ta’ Malta, issib l-istorja permezz tat-Torri tal-Lippija imperreċ fuq irdum li jagħti fuq il-bajja.

Huwa wieħed minn diversi torrijiet tal-għassa li jdawru l-kosta Maltija u li kienu jservu biex jagħtu sinjal bikri ta’ xi invażjoni jew attakk mill-furbani. It-torri imponenti, l-irdumijiet, l-għoljiet imtarrġin u l-baħar ikħal kollha flimkien ipaxxu l-għajn u s-sensi l-oħra.

senses.

This post is also available in: English (English)

By continuing to use the site, you agree to the use of cookies. Info

The cookie settings on this website are set to "allow cookies" to give you the best browsing experience possible. If you continue to use this website without changing your cookie settings or you click "Accept" below then you are consenting to this.

Close