L-Esperjenza ta’ Għar Lapsi u l-Qtates ta’ Malta Tour Privat
Bla dubju, wieħed mill-aqwa sigrieti li l-Maltin iħobbu jostru, hija dik id-daħla kwieta u pittoreska magħrufa lokalment bħala Għar Lapsi. Dan l-irħajjel ħelu huwa maħbub ħafna mal-Maltin u popolari fix-xhur tas-sajf , imma t-turisti ftit li xejn jersqu ‘l hemm, u bil-kemm jisimgħu bih. Il-Maltin hekk iridu: iqisuh bħala roqgħa mill-Ġenna li hija tagħhom biss.
Nibdew nimxu matul l-irdum sabiħ tan-naħa t’isfel ta’ Malta lejn Għar Lapsi, waqt li ngawdu l-veduti tal-baħar li jgħaġġbuk u nieħdu pjaċir bil-fwejjaħ tal-flora Mediterranja. F’Ġħar Lapsi, ikollna ħin li ngawdu dawk l-inħawi u l-arja safja tal-baħar. Nammiraw l-ilma ċar kristall ta’ din id-daħla li qisha ġnien imsaħħar taħt l-ilma.
Minbarra s-sbuħija naturali, dawk li jħobbu l-qtates żgur japprezzaw il-kolonja ta’ qtates li tinstab hawn. Veru li jgħixu fit-triq, imma lanqas tinduna li huma hekk. Il-Maltin iħobbhum lill-qtates u dawn mitmugħin kif suppost u kkurati tajjeb, u allura huma f’saħħithom u dħulin għax imdorrijin bl-attenzjoni li kemm il-Maltin u kemm it-turisti jagħtuhom.
Interested?
This post is also available in: English (English)