Il-Belt Valletta tul iż-Żminijiet Tour Privat
Il-Belt Valletta, hija waħda mill-ibliet kapitali Ewropej li forsi mhix apprezzata biżżejjed u li, sa ftit ilu, ftit li xejn kienet magħrufa . Fil-fatt hija ħaġra prezzjuża dehbiena. Veru li żgħira, imma x’rikkezza storika għandha u kemm stejjer li jsaħħruk għandha x’tirrakkonta. Il bini ta’ dan il-belt stupenda beda fl-1565, eżatt wara l-Assedju l-Kbir. Il-viżjoni kienet ta’ belt fortizza li b’xejn ma tinterbaħ, anke jekk kellu jkun hemm invażjoni Ottomama oħra – li fil-fatt qatt ma seħħet.
Wara r-rebħa li tgħaġġbek tal-Kavallieri u s-sudditi Maltin tagħhom, is-s laten, il-mexxejja u n-nobbli mill-Ewropa kollha żejnu lill-Belt Valletta b’rikkezzi kbar . Fis-sekli ta’ wara il-belt għaddiet minn żminijiet sbieħ u oħrajn koroh, u l-istorja mqallba li għaddiet minnha tidher fl-arkitettura, fl-istruttura ekonomika u fuil-mod kif niesha għexu – u għadhom jgħixu sal-lum. Din it-rikkezza kollha tkunu tistgħu tarawha tieħu l-ħajja permezz ta’ gwida lokali li jaf sewwa x’għandu jfittex.
Interested?
This post is also available in: English (English)