Bocci tal-Hġieġ (Marbles)
Dwar il-Boċċi tal-Ħġieġ (Marbles)
Meta konna tfal, ta’ sikwit konna nqattgħu s-sigħat nokkempetu bl-aħrax biex nirbħu l-boċċi ta’ sħabna. Kienet tkun kompetizzjoni akkanita u min jirbaħ kien ikun kburi immens li kiseb ħafna boċċi. Kien hemm anke aspett ta’ spettaklu għaliex il-boċċi kienu jkunu ta’ kulur u għamla differenti.
L-ewwel boċċi li nafu bihom instabu f’Mojenjo-daro, f’dak li illum huwa l-Pakistan, u jmorru lura xi 2,500 sena Q.K.. Kienu jkunu blalen tal-ġebel innaqqxa b’mod mirqum. Anke fil-Meżopotamja u l-Eġittu tal-qedem kienu jużaw il-boċċi, li kienu jkunu tat-tafal, ġebel, jew anke ħġieġ. Tal-ħġieġ wara baqgħu popolari anke fiż-żminijiet moderni.
Kif tilgħab bil-Boċċi tal-Ħġieġ (Marbles)
Hemm ħafna tipi ta’ logħob differenti li jista’ jintlagħab bil-boċċi, imma l-iktar komuni huwa dak li fih dawk li jilagħbu ipinġu ċirku jew kwadru fl-art u kull wieħed iqiegħed numru speċifiku ta’ boċċi – kultant ta’ għamla partikulari – f’dan iċ-ċirku jew kwadru. Pereżempju, jekk ikun hemm erbat itfal jilagħbu, kull wieħed minnhom iqiegħed tliet boċċi fil-kwadru u b’hekk ikun hemm 12-il boċċa fin-nofs. Dawk li jkunu qegħdin jilaghbu jiftiehmu fuq id-distanza u jpinġu linja minfejn iwaddbu l-boċċa tagħhom.Wieħed, wieħed iwaddbu l-boċċa tagħhom fil-kwadru u jippruvaw itajru l-boċċa tar-rivali tagħhom barra ‘il barra mill-kwadru, u b’hekk jirbħuha.Din tkompli sakemm il-boċċi kollha jispiċċaw barra mill-kwadru. Ir-rebbieħ kien ikun dak li jkollu l-aktar boċċi. L-għan kien li jkollok jkollok akatr boċċi minn dawk li bdejt bihom.
Interessat?
This post is also available in: English (English)